Home
| Databases
| WorldLII
| Search
| Feedback
Maltese Laws |
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija lilu mill-artiklu 38 ta’ l-Att biex Jirregola t-Telekomunikazzjoni, il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjonijiet, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, għamel dawn ir-regolamenti li ġejjin:
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom jidħlu fis- seħħ kif il-Ministru jista’ jordna u dati differenti jistgħu jkunu stabbiliti għal regolamenti differenti.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra:-
“Awtorità” tfisser l-Awtorità ta’ Malta dwar il- Komunikazzjoni;
“deċiżjoni” tinkludi kull determinazzjoni hi x’inhi d-deskrizzjoni tagħha li l-Awtorità tista’ tagħmel taħt dawn ir-regolament;
“linji mikrijin” tfisser il-faċilitajiet ta’ telekomunikazzjoni li jipprovdu kapaċità trasparenti bejn punti ta’ terminazzjoni
ta’ network - u li ma jinkludux swiċċjar kull meta wiehed irid (funzjonijiet ta’ swiċċjar li l- utent jista’ jikkontrolla bħala parti
mill-fornitura tal-linja mikrija);
“Ministru” tfisser il-Ministru responsabbli għall- komunikazzjoni; u
Titolu
Interpretazzjoni
Kap 399
“organizzazzjoni notifikata” tfisser provditur awtorizzat li tkun ingħatatlu direttiva taħt ir-regolament 3 ta’ dawn ir-regolamenti.
(2) Għall-finijiet tas-subregolament (1) l-Awtorità tista’ toħroġ direttiva lil provditur awtorizzat li għandu pożizzjoni
dominanti fis-suq tal-linji rilevanti taħt ir-regolament 4, u titlob lill-provditur awtorizzat biex jipprovdi f’kull punt fil-medda
ta’ zona ġeografika speċifika, tip ta’ linja mikrija li hi speċifikata fl- Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(3) Meta ma jkunx hemm provditur awtorizzat li għandu pożizzjoni dominanti fis-suq tal-linji mikrija rilevanti,
l- Awtorità tista’ toħroġ direttiva taħt is-subregolament (2) lil provditur awtorizzat li ma jkollux pożizzjoni dominanti
fis-suq bis- saħħa ta’ deċiżjoni taħt ir-regolament 4.
(2) L-Awtorità għandha tivvaluta s-suq tal-linji mikrija rilevanti fuq il-bażi tat-tip ta’ linji mikrija offruti f’zona
ġeografika partikolari, li tista’ tinkludi parti minn Malta jew Malta kollha.
(3) L-Awtorità għandha tiddetermina l-metodoloġija u l-mezzi li bihom is-sehem tas-suq għandu jitkejjel għall-finijiet
ta’ dawn ir-regolamenti.
(4) Minkejja s-subregolament (1) ta’ dan ir-regolament, l-Awtorità tista’ tistabbilixxi li -
(a) provditur awtorizzat li jkollu sehem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin fil-mija fis-suq tal-linji mikrija rilevanti ikollu pożizzjoni
dominanti fis-suq u dan il- provditur awtorizzat għandu, għall-finijiet ta’ dawn ir- regolamenti, ikun indikat mill-Awtorità
bħala li għandu pożizzjoni dominanti fis-suq, u
Obbligu li jipprovdi linji mikrija
Determinazzjoni tal-pożizzjoni dominanti fis-suq
(b) provditur awtorizzat li jkollu sehem ta’ aktar minn ħamsa u għoxrin fil-mija mis-suq fis-suq tal-linji mikrija rilevanti,
ma jkollux pożizzjoni dominanti fis-suq.
(5) Meta tkun qed tieħu deċiżjoni taħt is- subregolament (4) l-Awtorità għandha tqis -
(a) il-ħila tal-provditur awtorizzat li jinfluwenza l-kondizzjonijiet tas-suq tal-linji mikrija,
(b) kemm idawwar negozju l-provditur awtorizzat involut relattivament għad-daqs tas-suq rilevanti,
(ċ) l-aċċess tal-provditur awtorizzat għal riżorsi finanzjarji, u
(d) l-esperjenza tal-provditur awtorizzat fil-provvista ta’ prodotti u servizzi fis-suq.
(2) Organizzazzjoni notifikata għandha -
(a) tipprovdi li l-informazzjoni fir-rigward tal- karatteristiċi tekniċi, tariffi u provvista u kondizzjonijiet ta’ l-użu
għal linji mikrija, ikunu ppubblikati skond il- preżentazzjoni mogħtija fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti,
u
(b) tippubblika bi spejjeż tagħha avviż ta’ din il- pubblikazzjoni mill-inqas f’żewġ gazzetti nazzjonali ta’ kuljum
u tibgħat kopja lill-Awtorità għall-pubblikazzjoni mill-Awtorità fil-Gazzetta.
(3) Organizzazzjoni notifikata għandha tippubblika informazzjoni dwar bidliet fl-offerti ta’ linji mikrija eżistenti skond
il-paragrafu (2) kemm jista’ jkun malajr wara din id-deċiżjoni u f’kull każ mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jkunu implimentati
dawn il-bidliet, sakemm l-Awtorità ma taqbilx espressament bil-miktub li jsir mod ieħor.
Aċċess għal informazzjoni
(a) informazzjoni fuq il-proċeduri kif isiru l- ordnijiet,
(b) il-perjodu tipiku tal-konsenja li hu l-perjodu magħdud mid-data meta l-utent ikun għamel talba soda għal linja
mikrija, li fiha ħamsa u disgħin fil-mija tal-linji mikrija kollha ta’ l-istess tip ikunu ngħataw lill-klijenti,
(ċ) il-perjodu kuntrattwali, li jinkludi l-perjodu li b’mod ġenerali hu previst għall-kuntratt u l-perjodu kuntrattwali
minimu li l-utent hu obbligat jaċċetta,
(d) il-ħin tipiku li jittieħed għat-tiswijiet biex ikunu konnessi mill-ġdid tmenin fil-mija tal-linji wara notifika
mill-klijent lill-organizzazzjoni notifikata ta’ ħsara fil-każ tat-tipi eżistenti ta’ linji mikrija, u
(e) il-proċedura għal rifużjonijiet.
(2) Għall-finijiet tal-perjodu msemmi fil-paragrafu (1)(b), il-perjodu għandu jkun stabbilit, fil-każ ta’ tipi eżistenti
ta’ linji mikrija, fuq il-bażi tal-perjodi attwali ta’ konsenja ta’ linji mikrija tul intervall ta’ tul raġonevoli ta’
żmien reċenti, iżda l- kalkolu ta’ dan il-perjodu m’għandux jeskludi każijiet meta l- perjodi ta’ konsenja ttardjata jkunu
mitluba mill-utenti.
(3) L-organizzazzjoni notifikata għandha, meta klassijiet differenti ta’ kwalità ta’ tiswijiet ikunu offruti
għall-istess tip ta’ linji mikrija, tippubblika t-tul ta’ żmien tipiku li jieħdu tiswijiet differenti.
(2) Bla preġudizzju għal drittijiet oħra skond il-liġi, meta wara deċiżjoni mill-organizzazzjoni notifikata taħt is- subregolament (1) jkun hemm tilwima bejn utent u organizzazzjoni notifikata dwar id-data ta’ terminazzjoni, l-utent jista’ jirreferi t- tilwima lill-Awtorità għad-deċiżjoni tagħha taħt ir-regolament 10.
Informazzjoni fuq kondizzjonijiet ta’ provvista
Kondizzjonijiet għat-terminazzjoni ta’ offerti
Kondizzjonijiet ta’
aċċess,
restrizzjonijiet ghandhom ikunu dawk li jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni mill-Awtorità meħuda skond dawn ir-regolamenti jew
skond l-Att:
Iżda f’kull każ organizzazzjoni notifikata ma għandhiex tirrestrinġi aċċess għal linji mikrija jew ghall-użu
tagħhom sakemm l-apparat terminali ta’ l-utent ma jkunx approvat biex jitqabbad ma’ sistema ta’ telekomunikazzjonijiet privata
skond The Radio Equipment and Telecommunciations Terminal Equipment and the Mutual Recognition of their Conformity Regulations, 2001, u din ir-restrizzjoni tista’ tapplika sakemm dan l-apparat terminali jkun approvat jew maqtugħ mis-sistema ta’ telekomunikazzjoni
pubblika.
(2) Organizzazzjoni notifikata m’għandhiex tintroduċi jew iżżomm restrizzjonijiet fuq -
(a) l-interkonnessjoni minn linji mikrija bejnithom, jew
(b) l-interkonnessjoni tal-linji mikrija u s- sistema ta’ telekomunikazzjoni pubblika.
(3) Meta organizzazzjoni notifikata tiddeċiedi, fuq il- bażi ta’ ħtieġa essenzjali elenkata fir-Raba’ Skeda li tinsab
ma’ dawn ir-regolamenti, li tirrestrinġi l-aċċess għal-linji mikrija u l- użu tagħhom, din għandha tinnotifika lill-Awtorità
u lill-utent involut kemm jista’ jkun malajr fil-prattika bid-deċiżjoni tagħha li tagħmel dan.
9. (1) Organizzazzjoni notifikata għandha tagħmel aċċessibbli s-sett minimu ta’ linji mikrija li għandhom karatteristiċi
tekniċi armonizzati kif speċifikat fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(2) Il-provvista minn organizzazzjoni notifikata ta’ linji mikrija barra mis-sett minimu speċifikat fis-subregolament (1)
m’għandux jimpedixxi l-provvista ta’ dan is-sett minimu speċifikat.
(3) L-Awtorità tista’, wara li tqis id-domanda fis-suq u l-progress fl-istandardizzazzjoni, tordna organizzazzjoni notifikata
biex tipprovdi t-tipi ta’ linji mikrija speċifikati fil-Ħames Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
kondizzjonijiet ta’ użu u ħtiġiet essenzjali
Provvista ta’ sett minimu ta’ linji mikrija konformi ma’ karatteristiċi tekniċi armonizzati
Riżoluzzjoni ta’
tilwim
(a) ir-rifjut ta’ provvista ta’ linji mikrija,
(b) l-interruzzjoni tal-provvista ta’ linji mikrija, (ċ) l-irtirar ta’ offerta taħt ir-regolament 7, jew (d) ir-riduzzjoni ta’ l-aċċess għal karatteristiċi
ta’ linji mikrija għal raġunijiet ta’ nuqqas ta’ konformità
mal-kondizzjonijiet ta’ l-użu.
(2) Meta l-Awtorità tiġi biex tiddeċiedi tilwimiet riferiti lilha, hi għandha tuża proċeduri li jkunu faċilment aċċessibbli
u li ma jqumux wisq flus biex tirrisolvihom b’mod ġust, trasparenti u f’waqtu, waqt li tiżgura li l-partijiet kollha jingħataw
opportunità raġonevoli biex jippreżentaw il-każ tagħhom.
(3) L-Awtorità għandha tagħti raġunijiet għal kull deċiżjoni li tista’ tagħti meta tiddetermina tilwima
riferita lilha skond dan ir-regolament.
(4) L-Awtorità għandha tinnotifika lill-partijiet fit- tilwima bid-deċizjoni tagħha fi żmien ġimgħa minn meta
teħodha u l-partijiet fit-tilwima għandhom, meta jkunu notifikati, jikkonformaw ruhhom mad-deċiżjoni.
(5) Ebda haga f’dan ir-regolament ma għandha tkun interpretata b’mod li jippreġudika d-dritt tal-partijiet involuti milli
jibdew proċeduri quddiem il-qorti kompetenti.
(a) taderixxi għall-prinċipju ta’ non- diskriminazzjoni meta tipprovdi linji mikrija,
(b) tapplika kondizzjonijiet simili f’ċirkostanzi simili lil organizzazzjonijiet oħra li jipprovdu servizzi simili,
u
(ċ) tipprovdi linji mikrija lil provdituri awtorizzati oħra taħt l-istess kondizzjonijiet u ta’ l-istess kwalità kif
tipprovdi lis-servizzi tagħha stess, jew lil dawk tas-sussidjarji jew sħab tagħha, meta dan japplika.
Aderenza għall- prinċipju ta’ non- diskriminazzjoni
Bdil ta’ tariffi u kondizzjonijiet ippubblikati
mikrija skond it-tariffi u l-kondizzjonijiet ta’ provvista ppubblikati minnha u li dawk it-tariffi u kondizzjonijiet għandhom jitbiddlu fir- rigward ta’ dik it-talba, ghaldaqstant l-organizzazzjoni notifikata tista’ biss tibdel dawk it-tariffi u kondizzjonijiet wara li tkun ġabet il-qbil bil-miktub ta’ l-Awtorità bil-quddiem.
(a) jsegwu l-prinċipju bażiku ta’ orjentament u trasparenza ta’ l-ispejjeż, u li jkunu indipendenti mit-tip ta’ applikazzjoni
li l-utenti tal-linji mikrija jimplimentaw;
(b) jkunu normalment jinkludu ħlas għall- konnessjoni tal-bidu u ħlas perjodiku jiġifieri element ta’ rata fissa. Meta
jigu applikati elementi ta’ tariffa oħra, dawn għandhom ikunu trasparenti u bbażati fuq kriterji oġġettivi;
(ċ) jkunu japplikaw għall-faċilitajiet ipprovduti bejn il-punti ta’ terminazzjoni tan-network li minnhom l- utent għandu aċċess għal-linji mikrija. Meta l-linja mikrija tkun ipprovduta minn aktar minn organizzazzjoni notifikata
waħda, jistghu jkunu applikati tariffi għal nofs ċirkuwitu, jiġifieri minn punt wieħed ta’ terminazzjoni għal punt ipotetiku
f’nofs iċ-ċirkuwitu.
(2) Organizzazzjoni notifikata għandha topera u żżomm sistema ta’ cost accounting li tkun adatta għall-implimentazzjoni tas-subregolament (1) u liema sistema għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) spejjeż ta’ linji mikrija li għandhom b’mod partikolari jinkludu spejjeż diretti magħmulin mill- organizzazzjoni
notifikata biex twaqqaf u topera l-linji mikrija u tagħmel manutenzjoni tagħhom, u għall-bejgħ u ħruġ ta’ kontijiet tal-linji
mikrija;
(b) spejjeż komuni, jiġifieri spejjeż li la jistgħu jkunu assenjati direttament għal-linji mikrija u lanqas għal attivitajiet
oħra, liema spejjeż għandhom ikunu allokati kif ġej:
(i) kull meta jkun possibbli, kategoriji ta’ spejjeż komuni għandhom ikunu allokati fuq il- bażi ta’ analiżi diretta
ta’ l-oriġini ta’ l-ispejjeż infushom;
Tariffi u akkontar ta’ l-ispejjeż
(ii) meta analiżi diretta ma tkunx possibbli, għandhom ikunu allokati kategoriji ta’ spejjeż komuni bis-saħħa ta’ konnessjoni
indiretta ma’ kategorija ta’ spejjeż oħra jew grupp ta’ kategoriji ta’ spejjeż li għalihom tista’ ssir assenjazzjoni
jew allokazzjoni diretta. Il- konnessjoni indiretta għandha tkun ibbażata fuq strutturi ta’ spejjeż komparabbli;
(iii) meta la qisien diretti u lanqas indiretti ta’ allokazzjoni ta’ spejjeż ma jistgħu jinstabu, il-kategorija
ta’ spejjeż għandha tkun allokata fuq il-bażi ta’ allokatur ġenerali ikkalkulat skond il-proporzjon bejn l-ispejjeż kollha
assenjati jew allokati lil-linji mikrija, fuq naħa waħda, u dawk allokati lil servizzi oħra, fuq in-naħa l-oħra:
Iżda jistgħu jkunu applikati biss sistemi ta’ cost accounting jekk l-Awtorità tqis li xi sistema oħra tkun adatta għall- implimentazzjoni tas-subregolament (1) u dan biss wara li l- Awtorità
tkun approvat dawn is-sistemi l-oħra ta’ cost accounting.
(3) Organizzazzjoni notifikata m’għandhiex timmodifika jew tibdel is-sistema ta’ cost accounting mingħajr il- kunsens minn qabel bil-miktub ta’ l-Awtorità.
(4) L-Awtorità tista’, b’avviż fil-Gazzetta, tiddikjara li jkun hemm kompetizzjoni effettiva f’suq ta’ linji mikrija
wara li tkun qieset it-tariffi li jikkonformaw ma’ dan ir-regolament.
(5) Is-subregolament (1) ma għandux japplika -
(a) għal provditur awtorizzat li ma jkollux pożizzjoni dominanti fis-suq kif determinat mill-Awtorità taħt ir-regolament 4
fir-rigward ta’ offerta ta’ linja mikrija f’zona ġeografika speċifika, jew
(b) meta l-Awtorità tagħmel dikjarazzjoni taħt is-subregolament (4) li fiha tgħid li tkun sodisfatta li jkun hemm kompetizzjoni
effettiva fis-suq tal-linji mikrija rilevanti skond ma juru t-tariffi li jkunu jikkonformaw mal- ħtiġiet ta’ dan ir-regolament.
Obbligu li tingħata informazzjoni
(a) id-dettalji kollha dwar is-sistemi ta’ cost accounting applikati mill-organizzazzjoni notifikata kif l- Awtorità tista’ teħtieġ minn żmien għal żmien; u
(b) mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, rapporti statistiċi mill-inqas tas-sena kalendarja preċedenti li
jkunu juru l-ħinijiet ta’ konsenja u l-ħinijiet tat-tiswijiet imsemmija fir-regolament 6.
(2) Għall-finijiet ta’ kontroll kontinwu tal-konformità ma’ dawn ir-regolamenti, l-Awtorità tista’ titlob lil kull
persuna li jidhirlha li tkun soġġetta għal xi obbligu taħt dawn ir-regolamenti, biex tipproduċi fiż-żmien li jista’ jkun
determinat mill-Awtorità, dik l-informazzjoni li tista’ tenħtieġ mill-Awtorità biex turi jekk ikunx hemm konformità mal-ħtieġa
rilevanti.
(2) Persuna għandha f’kull okkażjoni tikkonforma ruhha ma’ kull direttiva jew deċiżjoni, irrispettivament minn
kif din tkun deskritta, ta’ l-Awtorità u li tkun maħruġa taħt dawn ir- regolamenti minkejja kull tilwima, ilment, appell jew
xi proċeduri legali kontemplati jew mibdija fir-rigward tad-direttiva jew deċiżjoni msemmija.
(3) Kull persuna li tonqos milli tikkonforma ruhha ma’ xi direttiva jew deċiżjoni maħruġa mill-Awtorità taħt dawn ir-
regolamenti għandha titqies li tkun aġixxiet bi ksur ta’ dawn ir- regolamenti.
16. L-Awtorità tista’ timponi multa amministrattiva skond ma hemm fir-Regolament ta’ l-2002 dwar Penali Amministrattivi
u Sanzjonijiet fit-Telekomunikazzjonijiet, fuq provditur awtorizzat li jonqos milli jikkonforma ruhu ma’ xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti jew ma’ xi direttiva jew deċiżjoni, irrispettivament minn kif din tkun deskritta, li l- Awtorità tista’
toħroġ jew tagħti taħt dawn ir-regolamenti.
17. Kull persuna aggravata minn xi deċiżjoni meħuda mill-Awtorità bis-saħħa ta’ dawn ir-regolamenti, tista’ tappella
lill- Bord ta’ l-Appelli dwar it-Telekomunikazzjonijiet sakemm dik il- persuna tkun kapaċi turi li jkollha bizzejjed
interess biex tikkontesta d-deċiżjoni ta’ l-Awtorità.
Konformità
Sanzjonijiet
Appelli minn deċiżjonijiet ta’ l- Awtorità
(Regolament 3((2))
Linja Mikrija | Karatteristiċi Tekniċi | |
Linja Mikrija | Speċifikazzjonijiet tal- preżentazzjoni Interface | Karatteristika tal- Konnessjoni u speċifikazzjonijiet ta’ kif taħdem |
Frekwenza vokali ta’ kwalità speċjali bl-analog | 2 wire(1) - ETS 300 448(3) jew 4 wire(2) - ETS 300 451(4) | 2 wire - ETS 300 448 (3) 4 wire - ETS 300 451 (4) |
Frekwenza vokali ta’ kwalità speċjali bl-analog | 2 wire (1) – ETS 300 449(5) jew 4 wire(6) – ETS 300 452(6) | 2 wire – ETS 300 449(5) 4 wire – ETS 300 452(6) |
64 kbit/s digitali (7) | ETS 300 288 ETS 300 288/A1(8) | ETS 300 289 |
2048 kbit/s digitali mhux strutturat (9) | ETS 300 418 | ETS 300 247 ETS 300 247/A1 |
2048 kbit/s digitali strutturat (10) | ETS 300 418(11) | ETS 300 419(12) |
(1) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni Numru 15 (CTR 15).
(2) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni (CTR 17).
(3) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjoni CCITT M.1040 (verżjoni 1988) flok ETS 300 448. (4) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjoni CCITT M.1040 (verżjoni 1988) flok ETS 300 451.
(5) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet CCITT M.1020/M.1025 (verżjoni 1988) flok ETS 300 449.
(6) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet CCITT M.1020/M.1025 (verżjoni 1988) flok ETS 300 452.
(7) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni Numru 14 (CTR 14).
(8) Għal perjodu temporanju li jestedni lilhinn mill-31 ta’ Diċembru 1997, dawn il-linji mikrijin jistgħu jkunu pprovduti bl-użu ta’ interfaces oħra, ibbażati fuq X.21 jew X.21 bis, flok ETS 300 288.
(9) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir-Regolament
Tekniku Komuni Numru 12 (CTR 12).
(10) Dak li hu meħtieġ għall-konnessjoni f’apparat terminali biex jitgħaqqad ma’ dawn il-linji mikrijin hu deskritt fir- Regolament Tekniku Komuni Numru 13 (CTR13).
(11) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet G.703, G.704 (taqsima 5 eskluża) u G.706 (iċċekkjar ta’ żejjed ċikliku) (verżjoni 1988) flok ETS 300 418.
(12) Qabel ipprovdut skond Rakkomandazzjonijiet CCITT serje G.800 (verżjoni 1988) flok ETS 300 419. Għal tipi ta’ linji mikrijin elenkati hawn fuq l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija jiddefinixxu wkoll il-punti ta’ terminazzjoni tan-network (NTPs), skond id-definizzjoni mogħtija fl-Artiklu 2 tad-Direttiva 90/387/E.
(Regolament 5(1))
A) Ħtiġiet biex tingħata liċenza:
L-informazzjoni fuq ħtiġiet biex tingħata liċenza, proċeduri biex tingħata liċenza u/jew kondizzjonijiet biex tingħata
liċenza għandhom jagħtu stampa cara tal-fatturi kollha li għandhom impatt fuq il-kondizzjonijiet ta’ l-użu stipulati għal-linji
mikrija.
B) Kondizzjonijiet għat-twaħħil ta’ apparat terminali:
L-informazzjoni fuq il-kondizzjonijiet tat-twaħħil għandhom jinkludu stampa cara tal-
ħtiġiet li apparat terminali li jkun se jitwaħħal mal-linja mikrija rilevanti ghandu jissodisfa skond The Radio Equipment and Telecommunications Terminal Equipment and the Mutual Recognition of their Conformity Regulations, 2001.
(Regolament 5(2))
A) Karatteristiċi tekniċi:
Il-karatteristiċi tekniċi jinkludu l-karatteristiċi fiżiċi u elettriċi kif ukoll l- ispeċifikazzjonijiet tekniċi u tat-tħaddim
dettaljati li japplikaw fil-punt ta’ terminazzjoni tan-network . Għandha ssir riferenza ċara għal standards implimentati.
B) Tariffi:
It-tariffi jinkludu l-ħlasijiet ta’ konnessjoni tal-bidu, il-ħlasijiet tar-renta perjodika, u ħlasijiet oħra. Meta tariffi
jkunu differenti, bhal fil-kaz ta’ raġunijiet ta’ livelli differenti ta’ kwalità ta’ servizz, jew ta’ l-ghadd
ta’ linji mikrija pprovduti lil utent (provvista bil-kwantità), dan għandu jkun indikat.
Ċ) Kondizzjonijiet ta’ fornitura:
Il-kondizzjonijiet ta’ fornitura għandhom mill-inqas jinkludu l-elementi mfissra fir- regolament 7.
(Regolament 8(3))
Il-ħtiġiet essenzali msemmija fir-regolament 8(3) huma dawn li ġejjin: A) Sigurtà ta’ l-operazzjoni tan-network
Organizzazzjoni notifikata tista’ tieħu l-miżuri li ġejjin biex tħares is-sigurtà ta’ l- operazzjonijiet tan-network tul il-perjodu meta jkun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza:
• L-interruzzjoni tas-servizz,
• Il-limitazzjoni tax-xorta tas-servizz,
• Ir-rifjut ta’ aċċess għas-servizz.
Sitwazzjoni ta’ emerġenza f’dan il-kuntest għandha tfisser każ eċċezzjonali ta’ forza maġġuri, bħalma huma temp ħażin
għall-aħħar, terremoti, għargħar, beraq jew ħruq.
F’sitwazzjoni ta’ emerġenza l-organizzazzjoni notifikata għandha tagħmel kull ma tista’ biex tiżgura li s-servizz jibqa’
jingħata lill-utenti kollha. L-organizzazzjoni notifikata għandha barra minn hekk minnufih tinforma lill-utenti u lill-Awtorità
bil- bidu u t-tmiem ta’ l-emerġenza kif ukoll bix-xorta u l-estensjoni tar-restrizzjonijiet temporanji tas-servizz;
B) Manutenzjoni ta’ l-integrità tan-network
L-utent għandu d-dritt li jingħatalu servizz kollu kemm hu trasparenti, f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt ta’
terminazzjoni tan-network , li hu jista’ juża b’mod mhux strutturat kif irid hu, bhal meta ma tkun projbita jew ordnata ebda allokazzjoni ta’ kanal.
Ma għandu jkun hemm ebda restrizzjoni fl-użu ta’ linji mikrija għal raġuni ta’ manutenzjoni ta’ l-integrità tan-network, sakemm il-kondizzjonijiet ta’ aċċess relatati ma’ l-apparat terminali jkunu sodisfatti;
Ċ) Interoperabilità tas-servizzi
Bla preġudizzju għall-ħtiġiet essenzali li jistgħu jkunu stabbiliti bil-liġi, l-użu ta’ linja mikrija ma għandux ikun ristrett
għal raġunijiet ta’ l-interoperabilità ta’ servizzi, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ aċċess relatati ma’
l-apparat terminali;
D) Protezzjoni ta’ data
Fir-rigward tal-protezzjoni u l-privatezza ta’ data, l-użu ta’ linji mikrija għandu jkun ristrett biss safejn ikun neċessarju biex tkun żgurata konformità mal-liġijiet rilevanti
dwar il-protezzjoni u l-privatezza ta’ data.
(Regolament 9(1))
Linja Mikrija | Karatteristiċi Tekniċi | |
Speċifikazzjonijiet tal-preżentazzjoni Interface | Karatteristiċi tal- Konnessjoni u speċifikazzjonijiet ta’ kif taħdem | |
34 368 kbit/s digitali strutturat | ETS 300 686 | ETS 300 687 |
34 368 kbit/s digitali mhux strutturat | ETS 300 686 | ETS 300 687 |
139 264 kbit/s digitali strutturat | ETS 300 686 | ETS 300 688 |
139 264 kbit/s digitali mhux strutturat | ETS 300 686 | ETS 300 688 |
155 Mbit/s digitali (STM-1) | ibbażat fuq ITU-T G.708 | ibbażat fuq ITU-T G.708 |
WorldLII:
Copyright Policy
|
Disclaimers
|
Privacy Policy
|
Feedback
URL: http://www.worldlii.org/mt/legis/laws/ta399tlr2003n61o2003830